Ġabra lessikali għall-ilsien Malti

Ġabra hija kollezzjoni miftuħa ta' risorsi lessikali bil-Malti, miġburin f'database waħda. Għalkemm għada m'hijiex dizzjunarju komplut, diġà nġabru 16,589 entrati u magħhom 4,514,449 forom verbali. Ma' ħafna minn dawn l-entrati hemm ukoll mniżżel l-għerq u traduzzjoni bl-Ingliż, kif ukoll informazzjoni morfoloġiku.

Żbalji/informazzjoni nieqsa

Ħafna mill-forom f'din id-database nħolqu b'mod automatiku, u jistgħu jinkludu xi żbalji. Jekk issib żball f'xi entrata, ikklikkja fuq Ħalli kumment biex timmarkaha bħala ħażina. Hekk nkunu nistgħu nikkoreġuha manwalment. Jekk tfittex għal kelma li ma teżistix fil-Ġabra, tista' ukoll tinformana biex inżiduha billi tikklikka fuq il-ħolqa li titla'.

Dwar Ġabra

Ġabra oriġinarjament inbniet fl-2013 għal proġett tal-masters, bħala kollezzjoni ta' risorsi lessikali tal-Malti differenti, miġburin f'database waħda. Il-kontenut ivarja fil-livell ta' dettal u m'huwiex komplut, għalhekk għadna ma nistgħux nsejħulu lessiku jew dizzjonarju propju tal-Malti.

Minn Settembru tal-2015, kisibna l-appoġġ tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti kif ukoll l-Università ta' Malta. Hemm bħalissa għaddej xogħol ta' ċċekjar tal-kontenut tad-database, u qed isiru kontribuzzjonijiet kbar, sabiex il-Ġabra tkun eventwalment lessiku komplut għall-ilsien Malti.

Biex tirreferi għall dan ir-risors, jekk jogħġbok uża din ir-referenza.

John J. Camilleri. "A Computational Grammar and Lexicon for Maltese", M.Sc. Thesis. Chalmers University of Technology. Gothenburg, Sweden, September 2013.

Il-kontenut tal-Ġabra huwa lliċenzjat taħt liċenzja Creative Commons Attribution 4.0 International License.
Is-source code ta' dan is-sit huwa aċċessibbli taħt liċenzja MIT fuq GitHub.

L-istampa tat-tastiera magħmula minn Filip Malinowski minn The Noun Project.

Aġġornamenti riċenti

4th September 2018

Il-Ġabra qed regġgħet lura għan-normal. Qed inżommu s-sistema taħt sorveljanza.

1st September 2018

F'dawn l-aħħar ġranet, l-utenti tal-Ġabra nnutaw li s-sistema kienet qed tirrispondi bilmod ħafna. Qegħdin naħdmu sabiex intejbu s-sitwazzjoni u nittamaw li s-sistema ma ddumx ma terġa' lura għan-normal.

10th June 2016

Is-sors tas-sit u l-API tal-Ġabra huma issa aċċessibbli għal kulħadd taħt liċenzja "MIT".

Aqra l-aħbarijiet kollha