Aħbarijiet

2018-09-04

Il-Ġabra qed regġgħet lura għan-normal. Qed inżommu s-sistema taħt sorveljanza.

2018-09-01

F'dawn l-aħħar ġranet, l-utenti tal-Ġabra nnutaw li s-sistema kienet qed tirrispondi bilmod ħafna. Qegħdin naħdmu sabiex intejbu s-sitwazzjoni u nittamaw li s-sistema ma ddumx ma terġa' lura għan-normal.

2016-06-10

Is-sors tas-sit u l-API tal-Ġabra huma issa aċċessibbli għal kulħadd taħt liċenzja "MIT".

2016-03-29

Tnieda d-dizzjunarju online uffiċjali bil-Malti: http://www.maltesedictionary.org.mt. Id-dizzjunarju online sar b’kollaborazzjoni bejn l-Awtorità għall-Komunikazzjoni, l-Istitut tal-Lingwistika fl-Università ta’ Malta, il-Kunsill Nazzjonali għall-Ilsien Malti, u l-Fondazzjoni Vodafone. Id-dizzjunarju juża l-Ġabra bħala sors lessikali.

2015-09-10

Għadhom kif bdew jaħdmu magħna żewġ assistenti mill-Università ta' Malta, li qegħdin jgħinuna nikkoreġu l-iżbalji u nżidu iktar informazzjonii fil-Ġabra.

2015-07-30

L-API reġa' nkiteb mill-ġdid u għandu format ftit differenti. L-API l-antik sar issa ddeprekat u daqt jitneħħa mis-servizz.

2015-03-18

Sar xogħol fuq l-API, hekk biex il-partijiet kollha tas-sit jaċċessaw id-database permezz tiegħu. Informazzjoni fuq kif jintuża tinstab taħt "API" fi-menu ta' fuq nett (bl-Ingliż biss).

2015-01-14

Żbalji fid-dettalji tal-konġugazzjonijiet tal-verbijiet ġew ikkorreġuti.

2014-12-28

Mijiet ta' entrati ġodda ġew miżjuda mir-resorsi tal-proġett Apertium.

2014-11-28

Ġew ikkorreġuti żbalji fl-immarkar tas-suġġett fil-konġugazzjonijiet awtomatiċi tal-verbijiet.

2014-11-13

Bdew jintużaw il-Universal POS tags internament fid-database.

2014-11-08

Ammont kbir ta' żbalji fl-ortografija ġew ikkorreġuti.

2014-09-10

Id-dehra tal-Ġabra ġiet aġġornata sabiex tkun iktar sempliċi u biex taħdem aħjar fuq kull tip u daqs t'apparat.