Awtopsja Autopsy

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Hemm żewġ sinjali għal AWTOPSJA. L-ewwel sinjal għandu żewġ partijiet. (i) Fl-ewwel parti jsir is-sinjal għal OPERAZZJONI. Dan isir b’id waħda li tieħu l-forma ta’ ponn bis-saba’ l-kbir maħruġ ’il barra u bil-pala tal-id tħares ’l isfel. Is-saba’ l-kbir jinżel dritt ’l isfel fuq in-nofs, minn taħt l-għonq sal-qadd. (ii) Fit-tieni parti jsir is-sinjal imqassar għal EŻAMINA. Id waħda tieħu l-forma ta’ 1 bil-pala tħares lejn il-ġenb. Il-werrej imiss taħt l-għajn u l-id mill-ewwel tibdel il-forma għal dik ta’ Y u titbandal ftit waqt li tinżel ’l isfel. Il-moviment iqsar minn dak għas-sinjal sħiħ għal EŻAMINA. It-tieni sinjal għandu żewġ partijiet ukoll. L-ewwel parti hu s-sinjal għal OPERAZZJONI ukoll. It-tieni parti hu s-sinjal għal MEJJET. Dan isir b’id waħda li tieħu l-forma ta’ 5 dritta bil-pala tħares lejn il-ġenb (jew ’l isfel). L-id tinżel dritt ’l isfel imbagħad taqsam din il-linja fl-arja min-nofs biex tagħmel il-forma ta’ salib fl-arja. The movement is smaller here than for the full sign for EXAMINE.

There are two signs for AUTOPSY. The first sign has two parts. (i) The first part is the sign for OPERATION. This is made with one hand that takes the shape of a fist with the thumb stretched out and with the palm facing downwards. The thumb moves straight down in the middle from below the neck to the waist. (ii) The second part is the sign for EXAMINE. This is made with one hand that takes the shape of 1 with the palm facing sideways as the index touches just under the eye. The hand immediately moves into a Y shape and swings slightly as it moves downwards. The second sign also has two parts. The first part is the sign for OPERATION, like that of the first sign. The second part is the sign for DEAD. This is made with one hand in the shape of an upright closed 5 with the palm facing sideways (or downwards). The hand moves down then crosses this line in the middle to form the sign of a cross in the air.