Bank Bank

Hemm 2 verżjonijiet ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjows.

There are 2 versions of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and videos.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 2
    Pictures, signwriting and video 2


  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 3
    Pictures, signwriting and video 3


  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 4
    Pictures, signwriting and video 4


Hemm żewġ sinjali ftit differenti għal BANK. L-ewwel sinjal isir b’id waħda li tieħu l-forma ta’ 5 magħluq u titqiegħed mimduda ’il quddiem bil-pala tal-id tħares ’il fuq. L-id l-oħra tifforma ponn u, bil-pala tħares laġenba, tagħti daqqa fuq il-pala tal-id l-oħra.

It-tieni sinjal għandu żewġ partijiet. (i) Fl-ewwel parti jsir is-sinjal għal KAMRA, jiġifieri, iż-żewġ idejn jieħdu l-forma ta’ 1 bil-pala tal-id tħares ’il barra. Il-werrej ta’ id imiss mal-werrej tal-id l-oħra. L-idejn jitbiegħdu laġenba u ’l isfel u jiffurmaw linja b’angolu rett. (ii) It-tieni parti hija l-istess bħall-ewwel sinjal.

Hemm varjazzjoni oħra ta’ din il-parti fejn l-id waħda tingħalaq ma’ l-id l-oħra biex flimkien jiffurmaw bħal ponn wieħed u jagħtu daqqa ’l isfel flimkien. Dan il-moviment fiż-żewġ varjazzjonijiet ifakkar fl-ittimbrar ta’ xi dokument.

There are two slightly different signs for BANK. The first sign is made with one hand that takes the shape of closed 5 and lies outwards with palm facing upwards. The other hand is in a fist shape and, with palm facing sideways, hits the palm of the other hand.

The second sign consists of two parts. (i) The first part is the sign for ROOM, that is, both hands take the shape of 1 with palms facing outwards. The index fingers touch each other and then move to the side and downwards, forming a right angle. (ii) The second part of the sign is the same as the first sign.

Another variation of this second part is made with both hands forming one fist shape as one hand clasps the back of the other hand. The hands move down together abruptly. This movement in both variations reminds one of a document being stamped.