Bijoloġija Biology

Hemm 2 verżjonijiet ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjows.

There are 2 versions of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and videos.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Hemm żewġ sinjali għal BIJOLOĠIJA. L-ewwel sinjal għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal XJENZA. Iż-żewġ idejn jieħdu l-forma ta’ F bit-tlett iswaba mifrudin u bl-idejn ftit il-bogħod minn xulxin fuq quddiem livell tal-qadd. L-idejn jitilgħu ’il fuq waqt li jduru fuqhom infushom. (ii) Imbagħad, id waħda titla’ iktar ’il fuq livell mal-ispalla u tieħu l-forma ta’ B bil-pala tħares ’il barra. It-tieni parti tas-sinjal ġieli ssir l-ewwel. It-tieni sinjal ukoll għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel parti bħat-tieni parti tal-ewwel sinjal, is-sinjal għal B. (ii) It-tieni parti hu s-sinjal ieħor għal XJENZA. Dan isir biż-żewġ idejn li jieħdu l-forma ta’ O u jduru fuqhom infushom waqt li jimxu ukoll ’il quddiem u lura imma jibqgħu fuq l-istess livell quddiem is-sider.

There are two signs for BIOLOGY. The first sign has two parts. (i) First, both hands take the shape of F with the three fingers apart and with the hands a little away from each other at the front at waist level. The hands move upwards whilst they rotate. (ii) Then, one hand moves further up to shoulder level as it takes the shape of B with palm facing outwards. The second part of this sign sometimes occurs as the first part. The second sign also has two parts. (i) The first part is the same as the second part of the first sign, the sign for B, (ii) The second part is a variant of the sign for XJENZA. It is made with both hands that take the shape of O and rotate whilst they also move back and forward a little but stay at the same level in front of the chest.