Bogħod Far

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal BOGĦOD isir b’id waħda li tieħu l-forma ta’ 5 magħluq bil-pala tal-id tħares laġenba. L-id tinżel u titla’ mill-polz waqt illi l-pala tibqa’ tħares laġenba. Fl-aħħar l-id tintlewa mill-polz biex il-pala tiġi tħares ’il ġewwa.

Jekk id-distanza indikata hija kbira l-espressjoni tal-wiċċ tirrifletti l-intensità billi l-ġbin jitkemmex, l-għajnejn jitbaxxew waqt li l-ħuġbejn jersqu lejn xulxin u jifforma tikmix fuq il-ħaddejn li jogħlew ’il fuq.

Ara ukoll is-sinjal għal DISTANZA.

The sign for FAR is made with one hand in the shape of closed 5 with the palm facing sideways. The hand moves down and up from the wrist whilst the palm goes on facing sideways. At the end, the hand bends at the wrist so that the palm faces inwards.

When the distance indicated is great, the facial expression reflects this intensity. The forehead is creased whilst the eyes narrow and the eyebrows move towards each other, the cheeks move up and form wrinkles at the top.

See also the sign for DISTANCE.