Dubbiena Fly

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Dan is-sinjal isir minn id waħda forma ta’ F ikkurvata bil-pala tal-id tħares ’il barra jew laġenba u bl-id mgħollija ’l fuq mir-ras. L-id iddur mal-għoli tar-ras jew tal-għonq, bħal dubbiena.

Is-sinjal għal DUBBIENA jixbaħ is-sinjal għal NAĦLA, NEMUSA u ŻUNŻANA.

Is-sinjal għal ŻGĦIR isir b’ id waħda u bis-saba’ l-kbir qrib tal-werrej u jintuża wara s-sinjal għal DUBBIENA. Is-sinjal għal KBIR, magħmul b’id waħda forma ta’ Ċ miftuħa skond id-daqs mixtieq, jintuża wara s-sinjal għal DUBBIENA.

Għall-plural, is-sinjal għal DUBBIENA jitqiegħed f’punti differenti fiż-żona tas-sinjali fil-livell tal-għajnejn qisu qed jitqiegħdu ħafna dubbien hemmhekk. Inkella jista’ jintuża s-sinjal għal ĦAFNA wara s-sinjal għal DUBBIENA.

Meta n-nom DUBBIENA jkun is-suġġett ta’ verb ta’ moviment, l-id (jew fil-forma tas-sinjal għal DUBBIENA) timxi skond l-azzjoni tal-verb, jew l-id forma ta’ X tintuża bħala classifier u timxi skond l-azzjoni tal-verb.

This sign for FLY is made with one hand in a curved F shape with the palm facing outwards or sideways and the hand raised above head level. The hand makes a small circular movement at neck or head level, like a fly.

The sign for FLY resembles the signs for BEE, MOSQUITO and WASP.

The sign for SMALL, made with one hand, with the thumb close to the index finger, is used after the sign for FLY. The sign for BIG, made with a C shaped hand, opening according to the desired size, is used after the sign for FLY.

For the plural, the sign for FLY is placed at various places at eye level in the signing space as though many flies were being placed there. The sign for MANY may be used after the sign for FLY instead.

When the noun FLY is the subject of a verb of movement, the hand (jew in the shape of the sign for FLY) moves according to the action indicated by the verb. Alternatively, the hand in the shape of X is used as a classifier and moves according to the action of the verb.