Frejgatina Boat

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal FREJGATINA għandu żewġ partijiet li jsiru biż-żewġ idejn. (i) Fl-ewwel parti ż-żewġ idejn jieħdu l-forma ta’ 5 magħluq u kkurvat u jitqiegħdu quddiem is-sider bil-pala tħares ’l fuq. Il-ġnub tal-idejn imissu tul in-naħa tas-saba’ ż-żgħir. L-idejn jimxu kemm kemm ’l fuq u ’l isfel u ’il quddiem. (ii) Fit-tieni parti jsir is-sinjal għal ŻGĦIR. Iż-żewġ idejn, bil-forma ta’ 5 magħluq u bil-pala ta’ id tħares lejn il-pala tal-id l-oħra jitbiegħdu lejn il-ġnub. Imbagħad, l-idejn jimxu qrib xulxin skond l-enfasi fuq id-daqs tal-frejgatina.

The sign for BOAT consists of two parts. (i) First, both hands are placed at chest level in the shape of closed, curved 5 with palms facing upwards. The pinkie sides of the hands touch. The hands move slightly up and down and forwards. (ii) The second part is the sign for SMALL. Both hands take the shape of closed 5 with palms facing each other. The hands move away from each other to the sides. Then they move towards each other depending on the emphasis on the size of the boat.