Jissejjaħ Called

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal JISSEJJAĦ għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal DAN b’id waħda li tieħu l-forma ta’ 1 bil-pala tħares ’l isfel u bil-werrej jipponta ’l barra u ’l isfel. (ii) Fit-tieni parti jsir is-sinjal għal ISEM. Il-werrej jitla’ ’l fuq quddiem il-ġenb tal-ġbin bil-pala ’l isfel. Imbagħad il-werrej idur tond ’l isfel u ’l barra fl-istess livell.

The sign for CALLED has two parts. (i) The first part is the sign for THIS with one hand that takes the shape of 1 with palm facing downwards and with the index finger pointing outwards and downwards. (ii) The second part is the sign for NAME which is made with the index finger moving up to the front of the side of the forehead and with palm facing downwards. Then the index finger turns round, downwards and outwards at the same level.