Karozzin Karozzin

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal KAROZZIN magħmul minn żewġ partijiet. (i) L-ewwel parti ssir biż-żewġ idejn li jieħdu l-forma ta’ 5 magħluq bil-pala tħares laġenba u jitqiegħdu faċċata ta’ xulxin ftit ’il bogħod. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal ŻIEMEL, jiġifieri, ż-żewġ idejn jieħdu l-forma ta’ ponn u jitqiegħdu bil-pala tħares ’il ġewwa ftit ’il bogħod minn xulxin quddiem. L-idejn joqomsu ftit qisu qed iżommu r-riedni taż-żiemel.

The sign KAROZZIN consists of two parts. (i) The first part is made with both hands that take the shape of closed 5 with palms facing sideways. The hands are placed apart, facing each other. (ii) Then the sign for HORSE is made. Both hands take the shape of a fist and are placed, palms facing inwards, a little apart at the front. The hands make a slight galloping movement as though holding a horse’s reins.