Kebab Kebab

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal KEBAB isir biż-żewġ idejn. Id waħda tieħu l-forma ta’ 1 bil-pala tħares ’l isfel u bil-ponta tal-werrej tħares lejn il-ġenb. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ 5 kkurvata bil-pala tħares ’l isfel u taqbeż ħafif xi tlett darbiet fuq il-werrej tal-id il-wieqfa u tersaq iktar ’il ġewwa ma’ kull qabża.

The sign for KEBAB is made with both hands. One hand takes the shape of 1 with palm facing downwards and with the fingertip of the index finger pointing to the side. The other hand takes the shape of curved 5 with palm facing downwards. This hand jumps lightly about three times over the index finger of the stationary hand, moving further inwards with each jump.