Kroazja Croatia

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal KROAZJA jsir b’id waħda li tieħu l-forma ta’ 5 miftuħ u mgħawweġ b’tali mod li l-pala tħares ’il fuq waqt illi s-swaba’ jħarsu ’l ġewwa. L-id tmiss il-ġenb tas-sider ħafif ħafif waqt li timxi f’linja vertikali. Imbagħad tkompli tagħmel linja orizzontali bl-id fil-forma ta’ 5 miftuħ bil-pala tħares ’il fuq. B’hekk tkun għamlet forma ta’ salib kbir fuq naħa waħda tas-sider.

The sign for CROATIA is made with the hand in the shape of open 5 but bent over in such a way that the palm of the hand faces upwards and the fingers point inwards. The hand brushes lightly against the side of the chest whilst forming a vertical line. Then it continues to make a horizontal line with the hand in the shape of open 5 and palm facing upwards. In this way the shape of a large cross is made over one side of the chest.