Pixxina Swimming pool

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal PIXXINA għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal KAMRA, jiġifieri, ż-żewġ idejn jieħdu l-forma ta’ 1 fuq il-livell tas-sider. Il-pala tal-id tħares ’il barra. Il-werrej ta’ id imiss mal-werrej tal-id l-oħra. L-idejn jitbiegħdu laġenba u lura u jiffurmaw linja b’angolu rett. Imbagħad jerġgħu jimxu lejn in-nofs sakemm kważi jiltaqgħu. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal GĦAM. L-idejn jieħdu l-forma ta’ 5 magħluq bil-pala tal-id tħares ’l isfel. Id titqiegħed iktar ’il fuq u ’il quddiem mill-oħra. L-id quddemija iddur b’moviment ’il quddiem ’l isfel u lura waqt li l-id l-oħra togħla ’l fuq, timxi ’l quddiem imbagħad ’l isfel u lura.

The sign for SWIMMING POOL has two parts. (i) First the sign for ROOM is made. The hands take the shape of 1 at the front with the palms facing outwards. The index fingers touch each other and then move to the sides and then backwards, forming a right angle, then back to the middle until the index fingers meet again or almost. (ii) Then the sign for SWIM is made. The hands take the shape of closed 5 with the palm facing downwards. One hand is placed higher and more forward in relation to the other. This hand rotates by moving forward then downwards and backwards whilst the other hand moves up, forward, then downwards and back again.

POINT (THE) jew TIGNÈ POINT

Is-sinjal għal POINT (TIGNÈ POINT) isir b’id waħda forma ta’ 5 magħluq u bil-pala tħares laġenba waqt li l-id l-oħra tieħu l-forma ta’ 1. Il-werrej jimxi mill-bogħod fil-ġenb sakemm jolqot nofs il-pala tal-id l-oħra.

POINT (THE) or TIGNÈ POINT

The sign for THE POINT is made with one hand in the shape of closed 5 with palm facing the side whilst the other hand takes the shape of 1. The index finger moves from a distance at the side until it hits the middle of the palm of the other hand.