Pulizija Policeman

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal PULIZIJA għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel parti ssir b’id waħda fil-forma ta’ V. L-id, bil-pala tħares ’l isfel, itteptep darbtejn fuq il-parti ta’ fuq tad-driegħ. (ii) It-tieni parti ssir biż-żewġ idejn. Id waħda tieqaf forma ta’ 5 bil-pala tħares ’il fuq. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ T u timxi kemmkemm ’il fuq mill-id il-wieqfa bi skossi qisu qed timmarka xi formula.

The sign for POLICEMAN has two parts. (i) The first part is made with one hand in the shape of V. The hand, palm down, taps the upper part of the arm twice. (ii) The second part is made with both hands. One hand takes the shape of 5 and is held stationary in front, palm facing upwards. The other hand takes the shape of T and moves jerkily just above the stationary hand as though it is ticking a formula.

PUSTIER(A)

Is-sinjal għal PUSTIER(A) magħmul minn żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal POSTA. Iż-żewġ idejn jieħdu l-forma ta’ 5 milwi, bil-pala tħares ’l isfel. Id waħda tieqaf ’l isfel bis-saba’ l-kbir milwi taħt il-pala. L-id l-oħra tinżel bejn l-id u s-saba’ l-kbir tal-ewwel id xi tlett darbiet waqt li l-idejn jimxu tikka lejn il-ġenb kull darba. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal PERSUNA. Id waħda tieħu l-forma ta’ Ċ magħluqa bil-pala tħares ’il barra. L-id tinżel dritt ’l isfel fil-ġenb.

POSTPERSON (POSTMAN or POSTWOMAN)

The sign for POSTPERSON consists of two parts. (i) The first part is the sign for POST. Both hands take the shape of bent 5 with palms facing downwards. One hand is placed at a lower level with the thumb stretched under the palm. The other hand moves down between the palm and thumb of the first hand whilst both hands move a tiny bit to the side each time. (ii) The second part is the sign for PERSON. One hand takes the shape of closed C with palm facing outwards. The hand moves straight down at the side.