Qalziet Trousers

Hemm 2 verżjonijiet ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjows.

There are 2 versions of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and videos.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 2
    Pictures, signwriting and video 2


Hemm żewġ sinjali għal QALZIET. L-ewwel sinjal għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel l-idejn jieħdu l-forma ta’ ponn jew ta’ T bil-pala tħares ’il ġewwa, jitqiegħdu ftit fil-għoli fuq quddiem, u jduru lura u ’l fuq. (ii) Imbagħad, id waħda tieħu l-forma ta’ U bis-swaba’ ppuntanti ’l isfel u tieqaf ftit fil-għoli waqt li l-id l-oħra tieħu l-forma ta’ 5 bil-pala tħares ’il fuq u tinżel bil-genb tas-saba’ ż-żgħir it-tul tas-swaba’ tal-U. It-tieni sinjal iktar qadim. L-idejn forma ta’ 5 bis-swaba’ mifrudin jinżlu mal-wiċċ tal-koxox waqt li l-ġisem imil ftit ’il quddiem.

There are two signs for TROUSERS. The first sign has two parts. (i) First, the hands take the shape of fists or of T with palms facing inwards and are placed fairly high at the front. They turn back and up. (ii) Then, one hand takes the shape of U with fingers pointing downwards and is held stationary a little high up. The other hand takes the shape of 5 with palm facing upwards and moves the side of the pinkie down the full length of the U fingers. The second sign is older. The hands take the shape of 5 with fingers apart. They slide down the top of the thighs whilst the body leans forward a little.