Saq Drive

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal SAQ l-istess bħas-sinjal għal KARROZZA, jiġifieri, jsir biż-żewġ idejn li jieħdu l-forma ta’ ponn bil-pala tal-id tħares ’il ġewwa. L-idejn jitilgħu u jinżlu darbtejn jew iktar kontra xulxin ftit ’il bogħod minn xulxin bħallikieku qed iżommu l-isteering wheel.

Is-sinjal jinbidel skont il-kuntest. Per eżempju, meta s-sewqan ikun fuq art ħażina, il-ġisem jista’ jiċċaqlaq mill-qadd ’il fuq bħallikieku wieħed qed isuq fi triq imħarbta. L-għajnejn iħarsu b’konċentrazzjoni u serjeta u x-xufftejn jingħafsu ’l barra.

The sign for DRIVE is the same as that for CAR. It is made with both hands in the shape of a fist with the palms facing inwards. The hands move up and down twice or more in opposite directions a little apart from each other as though holding a steering wheel.

The sign is modified according to the context. For example, driving on rough ground can be indicated by the body which can move from the waist up as though one is driving on a bad road. The eyegaze can be that of serious concentration and the lips may be pouted.