Stopover Stopover

Hemm 2 verżjonijiet ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjows.

There are 2 versions of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and videos.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 2
    Pictures, signwriting and video 2


Hemm żewġ sinjali għal STOPOVER. L-ewwel sinjal isir biż-żewġ idejn. Id waħda tieħu l-forma ta’ 5 u tieqaf fuq quddiem bil-pala tħares ’il fuq. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ Y u tinżel mill-għoli fil-ġenb sakemm tasal fuq il-pala tal-id il-wieqfa. Tieqaf, imbagħad tkompli lejn il-ġenb l-ieħor fl-għoli. It tieni sinjal isir bl-idejn forma ta’ 5 bil-pala tħares ’l isfel. L-idejn jagħtu skoss jew tnejn ’l isfel flimkien.

There are two signs for STOPOVER. The first sign is made with both hands. One hand takes the shape of 5 and stops at the front with the palm facing upwards. The other hand takes the shape of Y and moves down from a high level at the side until it reaches the palm of the stationary hand. It stops. Then it continues upwards to a height on the other side. The second sign is made with both hands in the shape of 5 with the palm facing downwards. The hands make two jerky movements downwards at the same time.