Suffejra Jaundice

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal SUFFEJRA għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal MA JIFLAĦX. Id waħda tieħu l-forma ta’ 5 bil-pala tħares djagonalment ’il ġewwa waqt il-ġenb tal-werrej jiżżerżaq minn ġenb għall-ieħor tal-ġbin. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal ISFAR. Id waħda tieħu l-forma ta’ 5 ikkurvata bil-swaba’ mifrudin. Is-swaba’ jduru wieħed wieħed mis-saba’ ż-żgħir għas-saba’ l-kbir, biex il-pala tibda tħares ’il barra u tispiċċa tħares ’il ġewwa.

The sign for JAUNDICE has two parts. (i) First the sign for UNWELL is made. One hand takes the shape of 5 with the palm facing diagonally inwards as the side of the index finger slides from one side to the other of the forehead. (ii) Then the sign for YELLOW is made. One hand takes the shape of curved 5 with fingers apart. The fingers turn one by one starting with the pinkie and ending with the thumb so that the palm starts facing outwards and ends up facing inwards.