Ċentupied Centipede

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Dan is-sinjal magħmul minn żewġ partijiet, is-sinjal għal DUDU u s-sinjal għal TWIL: (jew i) Is-sinjal għal DUDU jsir b’ id waħda mtella’ mal-livell tal-ispalla u bil-pala tal-id tħares lejn l-art. L-id l-ewwel tieħu l-forma ta’ X, imbagħad il-werrej jiddritta biex jersaq ftit ’il quddiem, jerġà jitgħawweġ u jerġa jiddritta u b’hekk ikompli miexi bil-mod bħal dudu. (jew ii) Is-sinjal għal TWIL isir biż-żewġ idejn li jmissu mill-polz u jieħdu l-forma ta’ 1. Imbagħad il-werrej ta’ kull id jiċċaqlaq lura u l-polzijiet mhux bil-forz jibqgħu jmissu lil xulxin.

Is-sinjal għal ŻGĦIR u għal KBIR isir biż-żewġ idejn li jieħdu l-forma ta’ 1 u jitbiegħdu minn xulxin. Id-distanza bejn is-swaba’ tindika d-daqs taċ-centupied. Is-sinjal għal ŻGĦIR jew għal KBIR jiġi wara s-sinjal għal ĊENTUPIED

Għall-plural, l-id fil-forma ta’ X tintuża bħala classifier u titqiegħed f’punti differenti fiż-żona tas-sinjali qisu hemmhekk qed jitqiegħdu ħafna ċentupiedi. Inkella jista’ jintuża s-sinjal għal ĦAFNA wara s-sinjal għal ĊENTUPIED.

Meta n-nom ĊENTUPIED ikun is-suġġett ta’ verb ta’ moviment, l-id tieħu l-forma ta’ X u timxi skond l-azzjoni tal-verb.

This sign is made up of two parts, the sign for WORM and the sign for LONG: (jew i) The sign for WORM is made with one hand at shoulder level and with the palm facing the ground. The hand first forms an X shape. Then the index finger straightens out, moving forward a little, then curves back and straightens out again thus continuing to move forward slowly like a worm. (jew ii) The sign for LONG is made with both hands in the shape of 1 and touching at the wrist. The index fingers move back from each other. The wrists do not always maintain contact.

The sign for SMALL and the sign for BIG are made with both hands in the 1 shape. The index fingers move away from each other. The distance between them indicates the size of the centipede. The signs for SMALL and for BIG are used after the sign for CENTIPEDE.

For the plural, the hand in the shape of X is used as a classifier. It is placed at various places in the signing space as though many centipedes were being placed there. The sign for MANY may also be used after the sign for CENTIPEDE instead.

When the noun CENTIPEDE is the subject of a verb of movement, the hand in the shape of X moves according to the action indicated by the verb.