Ħuta Fish

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal ĦUTA jsir b’id waħda li tieħu l-forma ta’ 5 waqt li l-pala tħares ’il ġewwa. L-id timxi ħelu ħelu f’linja orizzontali kkurvata ’l barra u ’l ġewwa fid-direzzjoni opposta. Ix-xufftejn ġieli jieħdu l-forma qishom qed jipproduċu l-vokali ‘u’.

Is-sinjal għal ŻGĦIR jew għal KBIR isir bl-idejn li jħarsu lejn xulxin f’linja orizzontali, it-tnejn forma ta’ Ċ. Id-distanza bejn l-idejn tindika d-daqs tal-ħuta. Is-sinjal għal ĦUTA jiġi qabel is-sinjal għal ŻGĦIR jew għal KBIR.

GħaIl-plural is-sinjal għal ĦAFNA jiġi wara s-sinjal għal ĦUTA. Ġieli ukoll tintuża classifier. F’dan il-każ, id waħda jew iż-żewġ idejn jieħdu l-forma ta’ Ċ u jitpoġġew f’ħafna punti fiż-żona tas-sinjali qisu hemmhekk qed jitqiegħdu ħafna ħut.

Meta n-nom ĦUTA jkun is-suġġett ta’ verb ta’ moviment, id waħda tieħu l-forma ta’ 5 laġenba bil-pala ta’ l-id tħares ‘il ġewwa, tintuża bħala classifier u timxi skond l-azzjoni.

The sign for FISH is made with one hand in the shape of 5, palm facing inwards, gliding in and out in a curved horizontal line towards the opposite direction. The lip pattern is usually that for the vowel ‘u’.

The sign for SMALL or for BIG is made with both hands facing each other in a horizontal direction in the shape of C. The distance between the hands depends on the size of the fish. The sign for FISH is used before the sign for SMALL or BIG.

The sign for MANY is used to signal the plural. A classifier is often used. In this case one or both hands take the shape of Ċ. They are placed at various points in the signing space as though several fish were actually being put into that space.

When the noun FISH is used as the subject of a verb of movement, one hand takes the shape of 5 lying with palm facing inwards, becomes the classifier, and moves according to the action.