Server għar-Riżorsi Lingwistiċi Maltin

L-MLRS huwa proġett li jiffoka fuq il-ħolqien ta' riżorsi u għodod għall-lingwi tal-Gżejjer Maltin, jiġifieri l-Malti, l-Ingliż u l-Lingwa tas-Sinjali Maltija.

Riżorsi u għodod

Ir-riżorsi disponibbli jinsabu f'dawn il-kategoriji:

Għajnuna

Il-proġett MLRS huwa kkordinat mill-Istitut tal-Lingwistika u d-Dipartiment tas-Sisemi Intelliġenti tal-Kompjuter fi ħdan l-Universita ta' Malta.
Ibbenefika minn għajnuna finanzjarja mingħand:

Aħbarijiet

Tnedija ta' Korpus ġdid

Inħabbru t-tnedija tal-Korpus Malti v3.0 (2016), verżjoni ġdida tal-Korpus Malti. Dal-korpus fih madwar 250 miljun token, f'diversi kategoriji, b'ittaggjar grammatikali iktar akkurat, lematizzazzjoni, kif ukoll l-annotazzjoni tal-għeruq morfoloġiċi tal-kliem.

Dizzjunarju Malti onlajn

Id-Dizzjunarju tal-Malti, proġett li beda fl-2015, b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, l-Awtorita Maltija dwar il-Komunikazzjoni, il-Vodafone Foundation, u Infusion Ltd, ħadem fuq tkabbir u żvilupp tal-Ġabra, id-dizzjunarju miftuħ tal-Malti. Il-verżjoni l-ġdida tad-dizzjunarju se titnieda f'Marzu 2016.