Ġakketta tat-tracksuit Tracksuit jacket

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal ĠAKKETTA TAT-TRACKSUIT għandha żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal ĠAKKETTA biż-żewġ idejn forma ta’ ponn. L-idejn jimxu mill-estrem tal-ġnub bil-pala tħares ’il fuq u jduru sakemm jaslu fin-nofs bl-għekiesi fejn xulxin. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal SPORTS. Iż-żewġ idejn iżommu l-forma ta’ ponn u jiltaqgħu fuq quddiem. Il-ponnijiet iduru kontra xulxin darbtejn.

The sign for TRACKSUIT JACKET has two parts. (i) First, the sign for JACKET is made with both hands in the shape of fists. The hands move from the extreme sides with the palms facing upwards. They turn as then move to the middle with knuckles side by side. (ii) Then the sign for SPORTS is made. Both hands keep the same fist shape and meet at the front. The fists rotate against each other twice.