Ħaddiema Workers

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 2
    Pictures, signwriting and video 2


Is-sinjal għal ĦADDIEMA magħmul minn tlett partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal ĦAFNA b’id waħda li tieħu l-forma ta’ 5 milwija bis-saba’ l-kbir milwi taħt il-pala li tħares ’l isfel. L-id tinfetaħ u tingħalaq xi darbtejn. (ii) Imbagħad l-id tagħmel sinjal imqassar għal PERSUNA billi tiddritta u tteptep xi darbtejn fl-arja. (iii) Fl-aħħar isir is-sinjal għal XOGĦOL. Iż-żewġ idejn jieħdu l-forma ta’ ponn bil-pala ta kull id tħares ’il ġewwa. Ponn wieħed jitqiegħed fuq l-ieħor u jaħbat miegħu xi darbtejn.

The sign for WORKERS consists of three parts. (i) The first part is the sign for MANY made with one hand that takes the shape of bent 5 with the thumb bent under the palm which faces downwards. The hand opens and closes about twice. (ii) Then the hand makes the shortened sign for PERSON by straightening out and tapping the air about twice. (ii) Finally the sign for WORK is made with both hands in the shape of a fist with the palms facing inwards. One fist is placed over the other and taps it about twice.