Accountant Accountant
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal ACCOUNTANT għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal FLUS, jiġifieri, id waħda tieħu l-forma tal-ittra T u l-ponot tal-werrej u tas-saba’ l-kbir jogħrku lil xulxin bil-mod. (ii) Imbagħad, iż-żewġ idejn jieħdu l-forma ta’ 5 bis-swaba’ mifrudin u bil-pala tħares ’il ġewwa. Id waħda titla’ u l-oħra tinżel xi tlett darbiet jew iżjed quddiem is-sider u kultant is-swaba’ jperpru xi ftit.
The sign for ACCOUNTANT consists of two parts. (i) First the sign for MONEY is made. One hand takes the shape for T and the fingertips of the thumb and index finger rub against each other gently. (ii) Then both hands take the shape of loose 5 with fingers apart and palm facing inwards. One hand moves up as the other moves down in front of the chest three times or more whilst the fingers sometimes flutter.