Akkanit Keen

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal AKKANIT(A) għandu tlett partijiet. (i) L-ewwel l- idejn jieħdu l-forma ta’ 5 magħluqa bil-pala ta’ id tħares lejn il-pala l-oħra. L-idejn jitqiegħdu fuq il-ġnub tal-ġbin bil-ponot tas-swaba jmissu l-ġbin. Ir-ras titbaxxa ’l quddiem u l-għajnejn iħarsu ’l isfel. (ii) Imbagħad, l-idejn jinżlu bil-ponot tas-swaba’ jħarsu ’l isfel sakemm jiltaqgħu. (iii) Fl-aħħar isir is-sinjal skont għal xiex wieħed ikun akkanit. F’dan l-eżempju isir is-sinjal għal SPORTS. L-idejn jieħdu l-forma ta’ ponn u jduru kontra xulxin. Din il-parti ma ssirx jekk is-sinjal ikun ifisser biss IFFUKAT.

The sign for KEEN is made of three parts. (i) First, both hands take the shape of closed 5 with palms facing each other. The hands are placed at the sides of the forehead with the fingertips touching the forehead. The head is lowered forward and the eyes look down. (ii) Then the hands move down with the fingertips facing down until they meet. (iii) Finally, the sign for whatever the object of the keenness is. In this case the sign for SPORTS is made. The hands take the shape of a fist and rotate against each other. If the sign is made to mean FOCUSSED then this part is omitted.