Applikazzjoni online Online application

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal APPLIKAZZJONI ONLINE għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal KITEB. Id waħda tieqaf forma ta’ 5 bil-pala tħares ’il ġewwa u s-swaba’ jħarsu lejn il-ġenb. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ T bil-pala tħares ’l isfel u tixxengel ftit ’il fuq mill-pala tal-id il-wieqfa waqt li tinżel ftit ’isfel qisu qed tikteb fuqha. (ii) Imbagħad, isir is-sinjal għal ONLINE. Id waħda tifforma ponn u d-driegħ jieqaf fil-ġenb. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ I bil-pala tħares ’il ġewwa u s-saba’ ż-żgħir jinżel it-tul tad-driegħ il-wieqaf.

The sign for ONLINE APPLICATION has two parts. (i) First the sign for WRITE is made. One hand takes the shape of 5 with palm facing inwards and the fingers pointing to the side. The other hand takes the shape of T with palm facing downwards. The hand sways just over the palm of the stationary hand whist it moves down a little as though writing on it. (ii) Then the sign for ONLINE is made. One hand takes the shape of a fist and the arm is held upright at the side. The other hand takes the shape of I with the palm facing inwards and the pinkie moves down the length of the stationary arm.