Arloġġ tal-ħajt Clock

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal ARLOĠĠ TAL-ĦAJT għandu żewġ partijiet. L-ewwel parti l-istess bħas-sinjal ta’ ARLOĠĠ TAL-ID. Dan isir b’id waħda maħruġa mimduda fuq quddiem, bil-pala tħares ’l isfel. L-id l-oħra tifforma ċirku bis-saba’ l-kbir u l-werrej u dan jitqiegħed fuq il-polz tal-id il-wieqfa. Fit-tieni parti, l-idejn jieħdu l-forma ta’ L ikkurvat fil-ġenb, livell tal-ispalla, u jersqu qrib xulxin biex jiffurmaw ċirku kbir imma mhux magħqud. Ara ukoll is-sinjali għal ARLOĠĠ TAL-IDEJN u għal ĦIN.

The sign for CLOCK has two parts. The first part is the same as the sign for WRISTWATCH. It is made with one hand lying at the front with palm facing downwards. The thumb and index finger of the other hand form a circle which is placed over the wrist of the stationary hand. The second part is made with both hands in the shape of curved L at the side at shoulder level. The hands move quite close to each other to form a large circle which is not joined. See also the signs for WRISTWATCH and for TIME.