Aġġornament Update

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal AĠĠORNAMENT għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel parti ssir biż-żewġ idejn u tixbaħ ftit is-sinjal għal DOWNLOAD. Id waħda tieqaf forma ta’ 5 bil-pala tħares lejn il-ġenb u bil-ponot tas-swaba’ jħarsu ’l fuq. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ 5 bis-swaba’ mifrudin. L-id tinżel bil-pala tħares ’il ġewwa maġenb l-id il-wieqfa waqt li tingħalaq f’ponn laxk, terġa tinfetaħ u tirrepeti l-istess moviment. (ii) Fit-tieni parti jsir is-sinjal għal ĠDID. Id waħda tieħu l-forma ta’ F imma bis-saba’ l-kbir u l-werrej jiffurmaw ċirku u bil-pala tħares ’il fuq. L-id timxi min-nofs għall-ġenb.

The sign for UPDATE has two parts. (i) The first part is made with both hands and resembles the sign for DOWNLOAD a little. One hand is held stationary in the form of 5 with palm facing the side and the fingertips pointing upwards. The other hand takes the shape of 5 with fingers apart. The hand moves downwards beside the stationary hand, with the palm facing inwards whilst it forms a loose fist. It then opens up again and repeats the movement. (ii) The second part is the sign for NEW. One hand takes the shape of F with the thumb and index finger forming a circle and with the palm facing outwards. The hand moves from the middle to the side.