Aħwa Siblings

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal AĦWA għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel parti hu s-sinjal għal OĦT. Dan isir b’id waħda forma ta’ ponn bil-werrej maħruġ u mdawwar forma ta’ ganċ u bil-pala tal-id tħares lejn il-ġenb. Il-werrej jinżel it-tul tal-imnieħer waqt li jmissu ħafif ħafif. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal ĦU. L-id tibqa’ nieżla quddiem ix-xufftejn. L-idejn jieħdu l-forma ta’ ponn bis-saba’ l-kbir jipponta ’l fuq u l-pala tal-id tħares lejn il-pala l-oħra. Id waħda titla’ u l-oħra tinżel u l-idejn imissu kemm kemm huma u jitilgħu u jinżlu darbtejn.

The sign for SIBLINGS is made up of two parts. (i) First, the sign for SISTER is made with one hand in the shape of a fist with the index finger turned like a hook and the palm facing the side as the hook shape brushes very lightly against the nose. (ii) Then the sign for BROTHER is made. The hands moves down in front of the lips. Both hands make the shape of a fist with the thumb pointing upwards and the palms facing each other. One hand moves up and the other moves down twice touching each other very lightly as they move up and down.