Baħar Sea
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għak BAĦAR isir b’id waħda li tieħu l-forma ta’ 5 miftuħ bil-pala tħares bejn ’l isfel u bejn ’il barra. L-id timxi f’kurvatura ’l fuq u ’l isfel jew titgħawweġ mill-polz biex tfakkar fil-forma tal-mewġ.
L-id timxi skond l-azzjoni tas-sentenza. Tista’ turi baħar kalm jew baħar imċaqlaq jew baħar imqalleb ħafna billi tirrifletti l-qawwa tal-baħar fil-moviment.
The sign for SEA is made with one hand in an open 5 shape with the palm facing between a downward and an outward direction. The hand moves up and down in curved lines or twists at the wrist, reminding one of the shape of the waves.
The hand’s movement reflects the action denoted by the sentence. It can show calm sea, choppy sea or rough sea by the rate of movement of the hand.