Bejn Between
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal BEJN isir biż-żewġ idejn. Id waħda tieħu l-forma ta’ 5 miftuħa u stirata ħafna u titqiegħed wieqfa mill-minkeb. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ 5 magħluq, tinżel mill-livell tar-ras u tidħol bejn is-saba’ tan-nofs u s-saba’ taċ-ċurkett tal-id l-oħra.
The sign for BETWEEN is made with two hands. One hand takes the shape of a very open, stretched out 5 and is placed upright from the elbow. The other hand takes the shape of a closed 5, and moves down from head level to lie in between the middle and ring finger of the other hand.