Biddel Change
Hemm 4 verżjonijiet ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjows.
There are 4 versions of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and videos.
Hemm tlett sinjali differenti għal BIDDEL. L-ewwel sinjal isir biż-żewġ idejn forma ta’ 1 bil-pala ta’ id tħares lejn il-pala tal-id l-oħra milwijin lura. L-idejn jimxu mill-ġenb waqt li jiddrittaw u jibqgħu għaddejjin id kontra l-oħra sakemm jaslu fil-ġenb l-ieħor bil-pala tħares ’l isfel. It-tieni sinjal isir ukoll biż-żewġ idejn forma ta’ 1 bil-pala tħares ’il ġewwa. L-idejn iduru ma’ xulxin fuq quddiem. It-tielet sinjal isir biż-żewġ idejn forma ta’ ponn bil-pala ta’ id tħares lejn u tmiss il-pala l-oħra fuq quddiem. Waqt li jibqgħu jmissu ’l xulxin, l-idejn iduru tond fuq xulxin sakemm l-id li kienet ġewwa tiġi fuq barra u vice versa.
There are three different signs for CHANGE. The first sign is made with both hands in the shape of 1 with palms facing each other and hands bent backwards. The hands move from the sides whilst they straighten up and continue one against the other until they reach the opposite sides with palms facing downwards. The second sign is also made with both hands in the shape of 1 with palms facing inwards. The hands rotate round each other at the front. The third sign is made with both hands in the shape of a fist with palms facing and touching each other. Whilst staying in contact, the hands rotate over each other until the hand that was on the inside is on the outside and vice versa.