Birra Beer
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal BIRRA jsir b’id waħda li tieħu l-forma ta’ B bil-pala tħares lejn il-ġenb u bis-swaba’ jħarsu ’l isfel. L-id iddur lura u ’l fuq malajr lejn il-ħalq biex is-swaba’ jiġu jħarsu ’l fuq fil-ġenb tal-ħalq.
The sign for BEER is made with one hand which takes the shape of B with palm facing the side and fingers pointing downwards. The hand turns back and up quickly towards the mouth so that the fingers end up pointing upwards at the side of the mouth.