Blowdry Blowdry
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal BLOWDRY isir biż-żewġ idejn. Id waħda tieħu l-forma ta’ H bil-pala tħares ’il ġewwa u s-swaba jippuntaw djagonalment ’l isfel. Din l-id tibda fil-ġenb fil-għoli. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ ponn jew ta’ E bil-pala tħares ’l isfel. L-id forma ta’ ponn titqiegħed lejn il-ġenb livell ftit iktar baxx mill-ewwel id. L-idejn jimxu djagonalment ’l isfel lejn il-ġenb fl-istess ħin u bl-istess pass.
The sign for BLOWDRY is made with both hands. One hand takes the shape of H with palm facing inwards and fingers pointing diagonally downwards. This hand starts high up at the side. The other hand takes the shape of a fist or of E with palm facing downwards. The fist shaped hand starts at the side at a slightly lower level than the first hand. The hands move diagonally downwards towards the side at the same time and at the same pace.