Boots Boots
Hemm 2 verżjonijiet ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjows.
There are 2 versions of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and videos.
Hemm żewġ sinjali u diversi varjanti għal BOOTS. L-ewwel sinjal juża żewġ idejn. Id waħda tieqaf bid-driegħ stirat u bil-pala tħares djagonalment ’l isfel. L-id l-oħra timxi t-tul kollu mill-id sal-minkeb. Meta tasal fejn il-minkeb, l-ewwel id togħla ’l fuq biex il-pala tiġi tħares dritt ’l isfel. It-tieni sinjal isir bid-driegħ ta’ id waħda mimdud dritt. Il-pala tħares dritt ’l isfel. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ C u timxi tmiss il-ġnub tal-id il-wieqfa. Meta tasal sal-polz titla’ dritt ’il fuq bil-pala tħares ’il ġewwa.
There are two signs and a number of variants for BOOTS. The first sign uses both hands. One hand is held stationary with the arm stretched out and the palm facing downwards diagonally. The other hand moves over the whole length of the stationary arm from the hand to the elbow. When it reaches the elbow, the first hand bends upwards so that the palm facing straight downwards. The second sign is made with one arm stretched out horizontally and with the palm facing downwards. The other hand takes the shape of C and moves along the stationary hand in contact with the sides. When it reaches the wrist it moves straight upwards with the palm facing inwards.