Bowser Bowser
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal BOWSER għandu żewġ partijiet. (i)Fl-ewwel parti l-idejn jieħdu l-forma ta’ A bil-pala ta’ id tħares lejn il-pala tal-id l-oħra imma b’pala waħda iktar ’l fuq mill-oħra. L-idejn jitqiegħdu ’l bogħod minn xulxin u jiċċaqilqu ftit ’il quddiem u ftit lura bħallikieku qed isuqu permezz ta’ steering wheel kbir ħafna. (ii) Fit-tieni parti id waħda tieħu l-forma ta’ 5 miftuħ u mgħawweġ bil-pala tħares ’l isfel. L-ewwel tlett iswaba’ iduru ftit qishom qed jiftħu xi vit wiesgħa.
Varjazzjoni ta’ dan is-sinjal għandha parti oħra. Id waħda tieħu l-forma ta’ A bis-saba’ l-kbir stirat ’il barra u jħares ’l isfel u bil-pala tal-id tħares ’il barra. L-id timxi ftit ’l isfel qisu xi likwidu qed jitferra’.
The sign for BOWSER consists of two parts. (i) For the first part the hands take the shape of A with palms facing but with one hand at a higher level than the other. The hands are placed away from each other and move a little forwards and a little backwards as in driving with a large steering wheel. (ii) In the second part, one hand takes the shape of open, curved 5 with palm facing downwards. The first three fingers rotate a little as though opening a wide tap.
A variant of this sign uses a third part. One hand takes the shape of A with the thumb stretched outwards and pointing downwards and with the palm facing outwards. The hand moves down a little as though a liquid is being poured.