Breadboard Breadboard

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


BREADBOARD Is-sinjal għal BREADBOARD għandha tlett partijiet. (i) L-ewwel parti ssir biż-żewġ idejn. Id waħda, forma ta’ ponn bil-pala tħares ’il ġewwa, titqiegħed wieqfa bil-ponn iħares ’il fuq waqt li l-id l-oħra forma ta’ 5 timsaħ il-parti ta’ barra tad-driegħ il-wieqaf billi tiżżerżaq ’l fuq u ’l isfel fuqu. (ii) It-tieni parti ssir biż-żewġ idejn li jieħdu l-forma ta’ 5 bil-pala tħares ’l isfel. L-idejn jimxu min-nofs għall-ġnub f’linja dritta orizzontali. (iii) Fl-aħħar, id-waħda forma ta’ 5, bil-pala tħares lejn il-ġenb u is-swaba’ jħarsu ’l barra, tinżel u titla’ malajr xi tlett darbiet waqt li tersaq ftit lejn in-nofs.

The sign for BREADBOARD has three parts. (i) The first part is made with both hands. One hand takes the shape of a fist with palm facing inwards and is placed stationary and upright with fist facing upwards. The other hand takes the shape of 5 and wipes the outer part of the upright arm by sliding up and down over it. (ii) The second part is made with both hands in the shape of 5 with palms facing downwards. The hands move from the middle to the sides in a horizontal line. (iii) Finally, one hand takes the shape of 5 with palm towards the side and fingers pointing outwards. The hand moves quickly down and up about three times whilst it moves a little to the middle.