Burmarrad Burmarrad

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal BURMARRAD isir biż-żewġ idejn li jieħdu l-forma ta’ B bil-pala tħares ’il ġewwa. L-idejn jitilgħu ’l fuq bil-mod, id kontra l-oħra, sakemm jaslu livell tal-wiċċ li jkun jidher fl-ispazju bejniethom.

The sign for BURMARRAD is made with both hands that take the shape of B with palm facing inwards. The hands move up slowly, crossed in opposite directions, until they reach face level. The face appears in the space between the hands.

BUSKETT (IL-)

Is-sinjal għal BUSKETT isir biż-żewġ idejn. Id waħda tieħu l-forma ta’ 5 bis-swaba’ flimkien u titqiegħed mimduda wieqfa quddiem il-qadd bil-pala tħares ’l isfel. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ 5 bis-swaba’ separati u bil-pala tħares laġenba. Il-minkeb ta’ din l-id jistrieħ fuq l-id l-oħra. Is-swaba’ ta’ din l-id iperpru. Fl-istess ħin, id-driegħ jixxengel u l-id timxi ’il quddiem waqt li l-minkeb jibqa’ fl-istess post.