Cruise liner Cruise liner

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal CRUISE LINER huwa kompost mis-sinjal għal VAPUR u s-sinjal għal VAGANZA. (i) Is-sinjal għal VAPUR isir biż-żewġ idejn. L-idejn jieħdu l-forma ta’ 5 magħluq bil-pala tal-id thares nofs laġenba u nofs ’il ġewwa. Is-swaba’ ta’ id imissu s-swaba’ tal-id l-oħra waqt li l-idejn jiċċaqilqu ’l fuq u ’l isfel mill-polz u joħorġu ftit ’il barra. Dan il-moviment ifakkar fil-mixja tal-vapur fl-ilma. (ii) Is-sinjal għal VAGANZA jsir biż-żewġ idejn li jieħdu l-forma ta’ 5 miftuħ u laxk. L-idejn jitqiegħdu bil-pala ta’ id tħares lejn l-oħra u bis-saba’ l-kbir imiss livell ma’ taħt l-ispalla. Is-swaba’ l-oħra jperpru.

The sign for CRUISE LINER is made up of the sign for SHIP (explained above) and the sign for HOLIDAY. The sign for SHIP is made with both hands. The hands take the shape of closed 5 with palms facing half sideways and half inwards. The fingers of one hand touch the fingers of the other hand whilst the hand moves up and down from the wrist and travel forward a little. This movement reminds one of the movement of the ship on water. The sign for HOLIDAY is made with both hands in the shape of loosely open 5. The hands are placed with palms facing each other and with the thumbs touching below the shoulder level. The fingers flutter.