Curling Curling
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal CURLING għandu żewġ partijiet movimentati. L-ewwel parti ssir b-id waħda li tieħu l-forma ta’ ponn bis-saba‘ l-kbir fuq il-ġenb tal-ponn u bil-pala tħares ’il ġewwa. Il-ponn jinfetaħ f’daqqa waqt li l-id timxi tikka ’il quddiem. It-tieni parti ssir biż-żewġ idejn forma ta’ T, id tmiss mal-id l-oħra mill-għekiesi tal-ponn u jagħtu skossi ’l quddiem u lura. Il-wiċċ jieħu espressjoni intensiva waqt li r-ras titbaxxa ftit ’il quddiem u l-ħuġbejn jinżlu b’tikmixa fin-nofs.
The sign for CURLING has two animated parts. First, one hand takes the shape of a fist with the thumb over the side of the fist and the palm facing inwards. The fist opens abruptly whilst the hand moves very slightly forward. The second part is made with both hands in the shape of T, one hand touching the other at the knuckles of the fist and make jerky movements backwards and forwards. The face takes on an intensive expression whilst the head is lowered slightly forward and the eyebrows move down, wrinkling in the middle.