Dakshund Dachshund
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Dan is-sinjal huwa magħmul minn tlett partijiet: (jew i) Is-sinjal għal KELB, jiġifieri, l-id tieħu l-forma ta’ U wieqfa ma’ ġenb in-ngħas, bil-pala tal-id tħares ’il barra. Iż-żewġt iswaba’ jinżlu dritti ’l isfel mingħajr ma timxi l-id. (jew ii) L-idejn jieħdu l-forma ta’ 5 mgħawweġ u bit-tarf tas-swaba’ ta’ id waħda jmissu mat-tarf tas-swaba’ tal-id l-oħra qishom forma ta’ ballun quddiem is-sider. (jew iii) Din il-forma tinfetaħ meta l-idejn (jew li jibqgħu fil-forma ta’ 5 mgħawweġ) jiċċaqilqu f’linja orizzontali ’l bogħod minn xulxin iktar laġenba mil-livell tal-minkeb.
Is-sinjal għal TARBIJA jew is-sinjal għal ŻGĦIR jintużaw wara s-sinjal ta’ DAKSHUND biex jirreferi għall-ġeru. Is-sinjali għal ŻGĦIR u għal KBIR huma magħmulin mill-idejn forma ta’ 5 bl-idejn iħarsu lejn xulxin f’linja orizzontali. Id-distanza bejn l-idejn tindika d-daqs tad-dakshund.
Fil-plural, is-sinjal għal ĦAFNA jintuża wara is-sinjal għal DAKSHUND. Ġieli ukoll tintuża classifier. F’dan il-każ id waħda jew iż-żewġ idejn jieħdu l-forma ta’ V mgħawġa u jitpoġġew f’ħafna punti fiż-żona tas-sinjali qisu hemmhekk qed jitqiegħdu ħafna klieb.
Meta n-nom DAKSHUND ikun is-suġġett ta’ verb ta’ moviment, id waħda jew iż-żewġ idejn jieħdu l-forma ta’ V mgħawġa jew il-forma ta’ 5 ikkurvat. L-idejn jintużaw bħala classifiers u jiċċaqilqu skond l-azzjoni.
This sign is made up of three parts: (jew i) The sign for DOG, that is, with the hand in the shape of upright U at the side of the forehead with the palm facing outwards. The two fingers are bent straight over without any hand movement. (jew ii) The hands are in the curved 5 shape with the fingertips of one hand touching the fingertips of the other hand to form the shape of a ball in front of the chest. (jew iii) The hands move away from each other in a horizontal direction beyond the elbow.
The sign for BABY or the sign for SMALL is used after the sign for DACHSHUND to refer to the puppy. The signs for SMALL and BIG are made with two hands in the shape of 5 with palms facing each other in a horizontal direction. The distance between the hands indicates the relative size of the dachshund.
The plural is formed by adding the sign for MANY after the sign for DACHSHUND. A classifier is often used. In this case one or both hands take the shape of curved V. They are placed at various points in the signing space as though several dogs were actually being put into that space.
When the noun DACHSHUND is used as the subject of a verb of movement, one hand in the shape of curved V or the hand in the shape of curved 5 is used as a classifier and moves accordingly.