Dawwal Give out light or illuminate
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal DAWWAL għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal GĦAMEL biż-żewġ idejn li jieħdu l-forma ta’ U bil-pala tħares djagonalment lejn il-ġenb waqt li s-swaba’ tal-U jitqiegħdu msallbin fuq xulxin. Is-swaba’ ta’ fuq jitilgħu u jinżlu darba jew darbtejn għal fuq is-swaba’ ta’ taħt. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal DAWL. Id waħda tieħu l-forma ta’ 5 milwija bil-ponot tas-swaba’ flimkien u bil-pala tħares ’l isfel. L-id titqiegħed fil-ġenb fil-għoli u tinfetaħ f’daqqa u s-swaba’ jippuntaw ’l barra.
The sign for GIVE OUT LIGHT or ILLUMINATE has two parts. (i) The first part is the shortened sign for MAKE or DO made with the hands in the shape of U, with palms diagonally facing the sides whilst the U fingers are placed over each other in a cross. The fingers at the top move up and down three or more times over the fingers below. (ii) Then the sign for LIGHT is made. One hand takes the shape of bent 5 with fingertips touching and the palm facing downwards. The hand is placed high up at the side and opens up quickly so that the fingers point outwards.