Dielja Vine
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal DIELJA magħmul minn tlett partijiet. (i) L-ewwel isir s-sinjal bħal dak għal KAMRA. L-idejn jieħdu l-forma ta’ 1 fuq quddiem. Il-pala tal-id tħares ’l isfel. Il-werrej ta’ id imiss mal-werrej tal-id l-oħra. L-idejn jitbiegħdu laġenba u lura u jiffurmaw linja b’angolu rett. (ii) Imbagħad jerġgħu jimxu lejn in-nofs sakemm jiltaqgħu. Imbagħad isir is-sinjal għal IMGĦAŻQA, jiġifieri ż-żewġ idejn jieħdu l-forma ta’ A bil-pala tħares laġenba. Id waħda titqiegħed iktar ’il fuq mill-oħra, imbagħad jinżlu flimkien ’il quddiem u ’l isfel bħallikieku qed jagħżqu fl-għalqa. (iii) Fl-aħħar isir is-sinjal għal GĦENEB. Iż-żewġ idejn jieħdu l-forma ta’ F u l-ewwel jiltaqgħu imbagħad jitbiegħdu minn fejn xulxin f’linja djagonali.
The sign for VINE has three parts. (i) First the sign resembling that for ROOM is made. Both hands take the shape of 1 at the front. The palms face downwards. The index fingers meet and then move to the side and then backwards, forming a right angle, then back to the middle until the index fingers meet again. (ii) Then the sign for HOE is made with both hands in the shape of A with the palm facing sideways. One hand is placed a little above the other, then they both move forward and down as though digging the field. (iii) The third part is the sign for GRAPE(S). Both hands take the shape for F and first approach then move a little away from each other diagonally.