Distrett District

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal DISTRETT għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel, id waħda tieħu l-forma tal-ittra D bil-ponta tas-saba’ jħares ’il fuq. L-id titqiegħed fil-ġenb tar-ras bil-pala tħares lejn il-ġenb l-ieħor. (ii) Fit-tieni parti jsir is-sinjal għal POST. Id waħda tieħu l-forma ta’ 5 miftuħ u kkurvat u bil-pala tal-id tħares ’l isfel. L-id titqiegħed f’punt ftit ’l quddiem.

The sign for DISTRICT has two parts. (i) First, one hand takes the shape of the letter D with the fingertip pointing upwards. The hand is placed at the side of the head with palm facing the other side. (ii) The second part is the sign for PLACE. This is made with one hand in the shape of open, curved 5 with palm facing downwards and slightly sideways. The hand is then placed at a point in front, in the signing space.

EMBASSY (Kumpless tax-shopping, il-Belt Valletta)

Is-sinjal għal EMBASSY (kumpless tax-shopping) isir b’id waħda li tieħu l-forma ta’ E bil-pala tħares ’il barra. L-id tibda mill-ġenb fil-livell tar-ras u tinżel f’żewġ ċrieki żgħar ’l isfel għall-livell tas-sider u l-id iddur biex il-pala tiġi tħares ’l isfel.

EMBASSY (Shopping centre in Valletta)

The sign for EMBASSY (the shopping centre) is made with one hand in the shape of E with palm facing outwards. The hand is placed at the side at head level and moves down to chest level in two small circles. The hand turns so that the palm ends up facing downwards.