Dixxiplinat Disciplined

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Hemm tlett sinjali jixxiebħu għal DIXXIPLINAT(A). L-ewwel sinjal għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel id waħda tieħu l-forma ta’ 1 bil-pala tħares lejn il-ġenb. Il-werrej jimxi bi skoss qawwi ’l quddiem xi darbtejn. (ii) Imbagħad l-id tinbidel fil-forma ta’ ponn u tagħti skoss ’il quddiem. It-tieni sinjal jixbaħ l-ewwel wieħed, biss l-ewwel parti ssir malajr għax il-werrej jagħti biss skoss wieħed. It-tieni parti l-istess bħal tal-ewwel sinjal. It-tielet sinjal għandu biss parti waħda. Id waħda tieħu l-forma ta’ 1 u tieħu skoss kbir mill-ġenb għall-ġenb l-ieħor f’daqqa. Ix-xufftejn imdendlin u l-għajnejn isegwu l-moviment tal-werrej.

There are three similar sign for DISCIPLINED. The first sign has two parts. (i) First, one hand takes the shape of 1 with palm facing the side. The index moves with a big jerk forwards twice or more. (ii) Then the hand changes to fist shape and moves jerkily forward. The second sign resembles the first. However, the first part is made quickly because the index finger makes only one jerky movement forward. The second part is the same as that of the first sign. The third sign only has one part. One hand takes the shape of 1 and makes a big jerky movement from one side to the other side suddenly. The signer’s mouth is pouted and the eyes follow the movement of the index finger.