Diżonest Dishonest
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Hemm tlett sinjali differenti għal DIŻONEST(A). L-ewwel sinjal isir b’id waħda li tieħu l-forma ta’ B. L-id tmiss il-ġbin fin-nofs bil-pala tħares ’il barra imbagħad iddur bi skoss biex il-pala tiġi tħares ’il ġewwa u l-id tinbidel fil-forma ta’ V ftit iktar ’l isfel quddiem il-wiċċ. It-tieni sinjal għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għan-negattiv b’id waħda forma ta’ 5 milwija mill-għekiesi bil-pala tħares ’l isfel. Id-dwiefer tas-swaba’ kemm kemm imissu taħt il-geddum u jersqu ’l barra. (ii) Imbagħad iż-żewġt idejn jieħdu l-forma ta’ F bis-swaba’ apparti u s-saba’ l-kbir u l-werrej jiffurmaw ċirku waqt li pala tħares lejn l-oħra u tinżel dritt ’l isfel It-tielet sinjal għandu tlett partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għan-negattiv bħall-ewwel parti tat-tieni sinjal. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal QAL. Id waħda tieħu l-forma ta’ 1 u tersaq ’il barra minn quddiem il-ħalq bil-pala tħares ’il ġewwa. (iii) Fl-aħħar isir is-sinjal għal VERITÀ. L-idejn jieħdu l-forma ta’ 5 magħluqa. Id waħda tieqaf quddiem bil-pala tħares ’il fuq. L-id l-oħra tagħti daqqa fuq il-pala tal-id il-wieqfa bil-ġenb tas-saba’ ż-żgħir.
There are three different signs for DISHONEST. The first sign is made with one hand in the shape fo B. The hand touches the middle of the forehead with palm facing outwards and then turns jerkily so that the palm faces inwards and the handshape is changed to V a little lower in front of the face. The second sign has two parts. (i) First a negative sign is made with one hand in the shape of 5 bent at the knuckles with palm facing downwards. The fingernails lightly touch below the chin as the hand moves outwards. (ii) Then both hands take the shape of F with fingers apart and the thumb and index finger forming a circle whilst palms face each other. The hands move downwards. The third sign has three parts. (i) First the negative sign in the first part of the second sign is made. (ii) Then the sign for SAY is made. One hand takes the shape of 1 and moves outwards from in front of the mouth with palm facing inwards. (iii) Finally the sign for TRUTH is made. The hands take the shape of closed 5. One hand lies stationary with palm facing upwards. The other hand hits the palm of the stationary hand with the side of the pinkie.