Draughts Draughts
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal DRAUGHTS isir biż-żewġ idejn. Id waħda tieqaf forma ta’ 5 laxka u bil-pala tħares ’il fuq. L-id l-oħra, bil-pala tħares ’l isfel u bis-saba’ l-kbir u bil-werrej imissu u jieħdu l-forma ta’ ċirku żgħir u bis-swaba’ l-oħra miftuħin ’l isfel. L-id tinżel fuq jew kważi fuq il-pala l-wieqfa u titla’ ftit ’il fuq, imbagħad tinżel ’il quddiem, lejn il-ġenb qisu s-swaba’ forma ta’ O qed jerfgħu imbagħad iqiegħdu xi oġġett żgħir. Dan il-moviment jirrepeti ruħu imma din id-darba l-id tinżel lejn il-ġenb l-ieħor.
The sign for DRAUGHTS is made with both hands. One hand is held stationary in the shape of loose 5 with palm facing upwards. The other hand is held with palm facing downwards and thumb and index finger touching and forming a small circle and the other fingers extended downwards. The hand moves onto or a little over the stationary palm and then moves upwards a little. Then it moves down again at the front, towards the side, as though the O-shaped fingers lift and then place a small object down. This movement is repeated but this time the hand moves down towards the other side.