Dudu Worm

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Dan is-sinjal isir b’id waħda mtella’ mal-livell tal-ispalla u bil-pala tal-id tħares lejn l-art. L-id l-ewwel tieħu l-forma ta’ X, imbagħad il-werrej jiddritta biex jersaq ftit ’il quddiem, jerġa’ jitgħawweġ u jerġa’ jiddritta u b’hekk ikompli miexi bil-mod bħal dudu.

Is-sinjal għal ŻGĦIR isir b’ id waħda u bis-saba’ l-kbir qrib tal-werrej, jiġi wara s-sinjal għal DUDU, u jindika dudu żgħir. Is-sinjal għal KBIR isir b’id waħda forma ta’ Ċ miftuħa skond id-daqs mixtieq, u tintuża biex tindika dudu kbir.

Għall-plural, l-id fil-forma ta’ X tintuża bħala classifier u titqiegħed f’punti differenti fiż-żona tas-sinjali qisu hemmhekk qed jitqiegħdu ħafna dud. Inkella jista’ jintuża s-sinjal għal ĦAFNA wara s-sinjal għal DUDU.

Meta n-nom DUDU jkun is-suġġett ta’ verb ta’ moviment, l-id tieħu l-forma tas-sinjal għal DUDU (jew il-forma ta’ X) u timxi skond l-azzjoni tal-verb.

This sign is made with one hand at shoulder level and with the palm facing the ground. The hand first forms an X shape. Then the index finger straightens out, moving forward a little, then curves back and straightens out again thus continuing to move forward slowly like a worm.

The sign for SMALL made with one hand, with the thumb close to the index finger, is used after the sign for WORM to refer to a small worm. The sign for BIG, made with a C shaped hand, opening according to the desired size, is used to refer to a big worm.

For the plural, the hand in the shape of X is used as a classifier. It is placed at various places in the signing space as though many worms were being placed there. The sign for MANY may also be used after the sign for WORM instead.

When the noun WORM is the subject of a verb of movement, the hand in the shape of the sign for WORM (jew the X shape) moves according to the action indicated by the verb.