Ekstrovert Extrovert

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal EKSTROVERT(A) għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir sinjal modifikat għal MISTĦI. Iż-żewġ idejn jieħdu l-forma ta’ 5 bil-pala tħares ’il ġewwa jitilgħu’ ’l fuq u jintlwew mal-ġnub tal-wiċċ b’kuntatt ħafif waqt li r-ras iddur lejn naħa u oħra biex tindika n-negattiv. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal XEJN. L-idejn jieħdu l-forma ta’ F bis-saba’ l-kbir u l-werrej jiffurmaw ċirku waqt li s-swaba’ l-oħra jinfirdu. L-idejn jersqu ftit lejn il-ġnub bil-pala tħares ’il barra.

The sign for EXTROVERT has two parts. (i) The first part is the modified sign for SHY. Both hands take the shape of 5 with palms facing inwards and bend as they move up and lightly touch the sides of the face whilst the head moves to left and right to indicate the negative. (ii) Then the sign for NOTHING is made. Both hands take the shape of F with thumb and index finger forming a circle and the other fingers apart. The hands move towards the sides with palms facing outwards.