Emikranja Migraine
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal EMIKRANJA għandu tlett partijiet. L-ewwel u t-tielet parti huma l-istess bħas-sinjal għal UĠIGĦ TA’ RAS. (i) L-ewwel parti jsir b’id waħda li tieħu l-forma ta’ 5 milwija bis-saba’ l-kbir imdaħħal taħt waqt li l-pala tħares ’il ġewwa. L-id tmiss il-ġbin waqt li l-ħuġbejn jitkemmxu. (ii) Fit-tieni parti, l-forma tal-id tinbidel f’ponn bil-pala tħares ’il ġewwa u tagħti skoss jew tnejn ’il quddiem, bil-mod u b’tensjoni. (iii) Fit-tielet parti jsir is-sinjal għal UĠIGĦ. L-id tinżel ftit ’l isfel fil-ġenb u tieħu l-forma ta’ 5 bis-swaba’ apparti u l-pala tħares ’il ġewwa. L-id ixxejjer bil-ponot tas-swaba’ jħarsu ’l isfel.
The sign for MIGRAINE has two parts. (i) The first part is made with one hand that takes the shape of bent 5 with the thumb tucked in whilst the palm faces inwards. The hand touches the forehead whilst the eyebrows frown. (ii) In the second part the hand changes to a fist shape with palm facing inwards and moves down once or twice jerkily but slowly and tensely. (iii) Then the sign for PAIN is made. The hand then moves down a little to the side and takes the shape of 5 with fingers apart and the palm facing inwards. The hand waves with the fingertips pointing downwards.